Is-Sibt 19ta’Ġunju 2021 il-Federazzjoni Maltija Lotta ħadet sehem f’kompetizzjoni United World Wrestling bl-isem ta’ ‘Citta di Sassari’ li sar ġewwa Sassari, Sardegna fl-Italja. Ta’ min jgħid li din mhux l-ewwel darba li Malta ħadet sehem f’din il-kompetizzjoni u li għalih din is-sena kien hemm bosta pajjiżi li ħadu sehem fosthom ir-Russja tim nazzjonali, Kanada, Svizzera, Austria, Gran Brittanja, Tunisija, Eġittu, Portugal, Central Afrika u l-Italja.
It-tim Malti kien magħmul minn Gary Giordimaina 57kg, Adam Vella 65kg, Nico Zarb 74kg, Nathaniel Buttigieg D’Ugo 74kg u Andrew Azzopardi 74kg. Jakkumpanjawhom kien hemm il-coach nazzjonali Jesmond Giordimaina u r-referee Internazzjonali Abraham Vassallo. Dan kien l-ewwel tournament bi preparazzjoni fit-thejjija għal-Logħob tal-Mediterran u l-Logħob tal-Commonwealth li ser isiru l-Alġerija u Birmingham rispettivament.
L-aħjar riżultat kisbu Gary Giordimaina 57kg, meta rnexxielu jegħleb lil Harvey Ridings u lil Tehami Mohammed it-tnejn tal-Gran Brittanja. Fil-finali Gary tilef bil-punti kontra Iuna Diamantino ta’Central Afrika biex spiċċa rebaħ il-midalja tal-fidda.
Andrew Azzopardi 74kg kellu prestazzjoni tajba meta fl-ewwel kombattiment rebaħ lil Abdullah Hannan tal-Gran Brittanja iżda imbaghad tilef kontra Augusto Miranda ta Central Afrika. Fir-Repechage hu gie kontra r-rebbiegħ tal-midalja tad-deheb Sidakov tar-Russja. Fl-istess kategorija kien hemm ukoll Nathaniel Buttigieg D’Ugo, fl-ewwel kompetizzjoni tiegħu UWW fejn tilef kontra Jasmit Phulka (Kanada) u Bowling (GB) u kien eliminat. Nico Zarb ukoll tilef il- kumbattiment tiegħu kontra Meier(Svizzera) u safa eliminat. Ta’ min jgħid li l-kumbattimenti tagħhom kienu close ħafna u l-lottaturi taw prestazzjoni tajba ħafna.
Adam Vella 65kg lagħab kontra Daniel Raffi (Italja), Michael Bucher (Svizzera) u George Ramm (GB) fejn avolja tilef ta prestazzjoni tajba u r-riżulati kienu vera kumbattuti.
L-għada l-Ħadd Malta ħadet sehem f’Tournament tal-Beach Wrestling, permezz ta’ Nico Zarb u Andrew Azzopardi fil- under 80kg. Ir-Referee Internazzjonali Abraham Vassallo kien ukoll referee f’din il-Kompetizzjoni u din kienet l-ewwel esperjenza għalihom kollha.





