Gary Giordimaina Champion ta’ l-Ingilterra

England Wrestling Championships

Fid-19ta’ Frar 2022, Il-Federazzjoni Maltija Lotta ħadet sehem fl-England Wrestling Championships. It-tim kien magħmul minn Gary Giordimaina 57kg, Adam Vella 65kg, Nico Zarb 74kg, Nathaniel Buttiġieġ D’ Ugo74kg, Jesmond Giordimaina Coach u Abraham Vassallo Referee. Dawn saru fil-Windsor Leisure Centre u Malta ġiet mistiedna tieħu sehem bħal kull sena. Ta’ min jgħid li f’dan it-tournament jieħdu sehem ħafna lottaturi barranin, speċjalment Iranjani, Russi u Indjani li jkunu jgħixu ġewwa l-Ingilterra u allura dan kompla jgħolli l-livell tal-Kompetizzjoni. Ta’min isemmi wkoll li permezz ta’din il-kompetizzjoni, ħafna lottaturi jkunu qed jipprovaw jikkwalifikaw għall-Logħob tal-Commonwealth li ħa jsiru ġewwa Birmingham din is-sena stess.

Gary Giordimaina irnexxilu jirbaħ il-kategorija 57kg u b’hekk isir champion ta’ l-Ingilterra meta rnexxielu jirbaħ xejn inqas minn 4 kombattimenti u spiċċa l-ewwel minn 9 atleti. Huwa beda billi fil-preliminari rebaħ lil Constantine Neagu mir-Rumania b’superiority. Fil-kwartifinali għeleb lil Saeed Saeedi mill-Iran b’pin. Fis-semi finali Gary għeleb lil Farshad Raesi, mill-Iran ukoll b’pin biex fil-finali għeleb lil Alġerin naturalizzat Ingliż, Yahia Tehami b’superjorita teknika. Ta’min jgħid li dan il-lottaur qed jipprova jikkwalifika biex jirrappreżenta lill-Ingilterra f’din il-Kategorija waqt il-Commonwealth Games li ġejjin.

Fil- kategorija 74kg, Malta kellha żewġ lottaturi fost 20 lottatur, l-ikbar waħda. Wara li fl-ewwel żewġ rounds Nico Zarb u Nathaniel Buttiġieġ D’Ugo tilfu kontra l-iranjan Farhad Nouri, ir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb, huma spiċċaw ġew kontra xulxin fir-repechage, ghal bronze, fejn Nico Zarb ħareġ rebbieħ u tela kontra r-Russu Azrail Borziev fejn kien sfortunat li inqabad f’hold u hareġ tellief.

Fil-Kategorija 65kg, Adam Vella kien sfortunat li ġie kontra r-Russu Erfan Taghizadeh, ir-riebbieħ tal-midalja tal-bronze f’din il-Kategorija li kien fiha 17 il-lottatur u spiċċa eliminat.

Il-Coach Jesmond Giordimaina kien qed jassisti li-tim. Jakkumpanja lit-tim kien hemm ir-Referree Internazzjonali Abraham Vassallo fejn irrefja diversi finali u hu ukoll qed jaħdem biex jiġi mghażul bħala wieħed mir-referees għall-Logħob tal-Commonwealth. Waqt din iż-żjara t-tim Malti kellu l-opportunita jitrenja mat-tim Slough Wrestling Club li jinsab ġewwa Londra.

Leave a comment